Aħna qed naħdmu biex nagħmlu lil Brimbank vibranti, armonjuża u li jilqgħek – post tajjeb ħafna fejn tgħix, taħdem u tikber.
Aħna noffru firxa wiesgħa ta’ servizzi lill-komunità ta’ Brimbank.
Dan jinkludi
- ġbir ta’ skart u tar-riċiklaġġ
- l-immaniġġjar tat-toroq lokali tal-Belt, bankini, riżervi u siġar
- reġistrazzjoni tal-annimali domesitċi
- ċentri ta’ divertiment, faċilitajiet tal-isport u tar-rikreazzjoni u grawnds tal-isport
- parks u pleygrawnds, mogħdijiet tal-mixi u mogħdijiet tar-rota
- libreriji
- ċentri tal-komunità u Djar tal-Viċinanza (Neighbourhood Houses)
- It-tijatru Bowery u programmi tal-arti u kulturali
- servizzi għall-familji, tfal żgħar u żgħażagħ
- servizzi għall-anzjani
- swali komunitarji għall-kiri; u
- approvazzjonijiet tal-permess tal-ippjanar.
Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk għandek xi mistoqsijiet dwar is-servizz tal-Kunsill jew għall-ħlas tar-rati u ta’ miżati.
Jekk trid tikkuntattjana bil-lingwa tiegħek, ċempel lit-TIS National Interpreting Service (Is-Servizz Nazzjonai tal-Interpretar TIS) fuq 131 450. Meta jwieġbu t-telefonata tiegħek, jekk jogħġbok semmi l-lingwa tiegħek bl-Ingliż.
Il-ħlas hu l-istess daqs telefonata lokali.